Wednesday, June 10, 2026

Eluf jipprotestaw fi Franza wara l-qtil ta’ Lyhanna, tifla ta’ 11-il sena

Aqra wkoll

Eluf ta’ persuni niżlu fit-toroq ta’ Franza jipprotestaw wara l-qtil ta’ Lyhanna tifla ta’ 11-il sena. Il-Gvern Franċiż jinsab taħt pressjoni kbira hekk kif skont l-investigazzjonijiet irriżulta li s-suspettat ewlieni fil-qtil tat-tifla kien ilu jiġi rraportat lill-pulizija fuq abbużi sesswali fuq minuri.

Il-midja internazzjonali qalet li aktar minn 60,000 persuna ħadu sehem f’dawn il-protesti fejn kienu qegħdin jitolbu r-riżenja tal-Ministru tal-Ġustizzja Gérald Darmani.

Is-suspettat ewlieni f’dan il-qtil hu Jérome Barella ta’ 41 sena li skont rapporti f’Awwissu tas-sena l-oħra kien ġie rraportat minn omm li kien abbuża minn bintha ta’ għaxar snin. Skont ir-rapport li kien sar Barella kien abbuża minn din it-tifla diversi drabi.

Ir-rabja fost il-pubbliku waslet wara li l-pulizija Franċiża ma ħadux azzjoni u lanqas biss arrestaw lil Barella biex jinterrogawh dwar dan l-abbuż sesswali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport