Quddiem id-dikjarazzjonijiet li għamel id-Deputat Nazzjonalista, Conrad Borg Manche, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħazagħ, f’komunikat li ħareġ estenda l-appoġġ tiegħu lil Malta Gay Rights Movement (MGRM). Il-Kunsill qal jinsab diżappuntata bil-mod simplistiku ħafna li Dr Borg Manché applika għall-politika.
Intqal li “l-Pride March bdiet bħala protesta kontra l-inġustizzja u l-inugwaljanza, u l-messaġġ tagħha jinstema’ veru llum, meta għadna ma ngawdux ugwaljanza vera, anke bil-progress massiv fil-politika u d-drittijiet għall-persuni queer u trans, u għall-pubbliku ġenerali f’Malta u Għawdex. Limitazzjonijiet reali jaffettwaw lill-persuni kollha li jgħixu f’Malta, speċjalment meta wieħed iħares lejn il-politika.”


