Thursday, April 23, 2026

Erba’ persuni arrestati b’rabta ma’ serq minn djar

Aqra wkoll

Investigazzjonijiet intensivi b’rabta ma’ serq ta’ ammont sostanzjali ta’ oġġetti ta’ valur li seħħew ftit tal-jiem ilu minn diversi djar residenzjali, wasslu biex fl-aħħar sigħat il-Pulizija identifikat żewġ gruppi separati li allegatament huma involuti f’dawn is-serqiet.

Il-persuni arrestati huma erba’ irġiel, żewġ Maltin u żewġ Kolombjani. L-ewwel arresti saru lbieraħ għal xi nofsinhar, fejn il-Pulizija iċċirkondaw liż-żewġ Kolumbjani ta’ 26 sena u 23 sena, f’San Pawl il-Baħar. Huma kienu s-suspettati ewlenin f’serqa li saret minn residenza fis-Swieqi.

Iktar kmieni llum, iż-żewġ Kolumbjani tressqu l-Qorti ż-żewġ quddiem il-Maġistrat Dr Abigail Critien LL.D, fejn wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom u baqgħu miżmuma taħt arrest preventiv fil-Facilita’ Korretta ta’ Kordin.

Intant, aktar tard matul il-jum tal-bieraħ, għall-ħabta tas-sitta nieqes kwart ta’ filgħaxija, ġew arresti ż-żewġ Maltin, fiż-Żejtun.Huwa suspettati li wettqu diversi serqiet minn djar f’Santa Lucija, Ħaż-Żabbar, ix-Xgħajra, il-Kalkara u Ħal Tarxien.

Iż-żewġ Maltin ta’ 51 sena u 41 sena mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport