Ftit tal-ħin ilu, propju għall-ħabta tas-1:00 p.m., fi Triq Ħal Far seħħ inċident tat-traffiku bejn trakk u karozza.
Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit, irriżulta li b’kollox iddaħħlu 4 persuni l-Isptar, fosthom tifla ta’ 3 snin.
Fuq il-post immedjatament issejjaħ tim mediku b’ambulanza u anke l-protezzjoni ċivili.
Aktar dettalji mal-ħin…