Wara jiem ta’ investigazzjonijiet u osservazzjonijiet, għall-ħabta tal-10:30 a.m, il-Pulizija b’ħidma konġunta bejn sezzjonijiet differenti tal-Korp, iċċirkondat garaxx
fi Triq is-Serkin, il-Marsa, li allegatament kien qiegħed jintuża għat-traffikar tad-droga.
Operazzjoni li matula ġew arrestati erbat irġiel; ta’ 19-il sena u 29 sena residenti l-Marsa, ta’ 26 sena residenti l-Qrendi u ieħor ta’ 39 sena residenti Bormla.
Minn tfittxija li saret fil-post ġew elevati madwar 100 qartas ta’ allegatament droga sintetika, 50 qartas b’sustanza droga kokaina u 50 qartas oħra suspettata droga eroina, kif ukoll madwar €3,000 fi flus kontanti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.