Mosta FC ħabbru uffiċjalment lill-player mill-Ghana Ernest Agyiri bħala l-aħħar akkwist tagħhom għall-istaġun li ġej.
Agyiri, plejer ta’ 28 sena, jopera prinċipalment bħala winger fuq ix-xellug u għandu esperjenza vasta fil-futbol Ewropew. Fil-karriera tiegħu għadda minn klabbs bħal Manchester City, Vålerenga, Tubize u Enosis Neon Paralimniou, qabel ma kellu esperjenzi importanti ma’ FCI Levadia fl-Estonja u Randers FC fid-Danimarka.
L-akkwist ta’ Agyiri jkompli jsaħħaħ l-iskwadra ta’ Mosta FC hekk kif il-klabb qed ikompli jħejji ruħu għall-impenji tal-istaġun il-ġdid.




