Tuesday, August 11, 2026
Home Sport Sliema Wanderers viċin li jiffirmaw lill-attakkant Grieg Nikolaos Karelis

Sliema Wanderers viċin li jiffirmaw lill-attakkant Grieg Nikolaos Karelis

0
2

Sliema Wanderers jinsabu viċin li jiffirmaw lill-attakkant Grieg Nikolaos Karelis, li wasal f’Malta llum sabiex ikompli javvanza d-diskussjonijiet mal-klabb.

Karelis għandu esperjenza vasta fil-futbol Ewropew, hekk kif matul il-karriera tiegħu lagħab ma’ diversi klabbs magħrufa fosthom Panathinaikos, KRC Genk, PAOK, Brentford fl-Ingilterra u ADO Den Haag fl-Olanda.

Il-plejer Grieg lagħab ukoll mat-tim nazzjonali tal-Greċja, fejn irreġistra 19-il dehra u tliet gowls bejn l-2014 u l-2018.

Huwa mifhum li n-negozjati bejn il-partijiet jinsabu fi stadju avvanzat u hemm ottimiżmu li jintlaħaq ftehim biex Karelis jilbes il-flokk ta’ Sliema Wanderers.

Jekk kollox jimxi kif mistenni, l-attakkant ta’ 34 sena jkun wieħed mill-aktar akkwisti ta’ profil għoli li jsiru mill-klabb f’dan is-suq tat-trasferimenti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here