Tuesday, August 11, 2026
Home Sport Interess f’Fernandinho fosthom minn Birkirkara FC

Interess f’Fernandinho fosthom minn Birkirkara FC

0
2

Il-midfielder offensiv ta’ Sliema Wanderers, Fernandinho, qed jiġbed l-interess ta’ numru ta’ klabbs mill-Kampjonat Premier Malti, fosthom Birkirkara FC.

Jidher li Birkirkara diġà fetħu negozjati ma’ Sliema Wanderers bil-għan li jiksbu s-servizzi tal-player Brażiljan.

Huwa mifhum li Sliema Wanderers qed jikkunsidraw b’mod serju l-offerta ta’ Birkirkara, u mhux eskluż li fil-ħin li ġej jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ klabbs.

Fernandinho kien fost il-plejers offensivi importanti ta’ Sliema, u jidher li l-prestazzjonijiet tiegħu komplew iqajmu interess minn klabbs oħra tal-ogħla livell tal-futbol Malti.

Il-jiem li ġejjin jistgħu jkunu kruċjali biex jiġi determinat jekk l-ex Floriana FC u Marsaxlokk FC jibqax jilbes il-flokk ta’ Sliema Wanderers jew inkella jibda avventura ġdida ma’ Birkirkara FC.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here