Saturday, December 21, 2024

F’24 siegħa 267 pazjent jingħataw il-kura fl-Emerġenza ta’ Mater Dei

Aqra wkoll

Bejn il-15 ta’ Jannar u s-16 ta’ Jannar ta’ din is-sena kien hemm 267 pazjent li ngħataw il-kura fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.

Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Stanley Zammit.

Id-Deputat Zammit staqsa dwar dawn l-24 siegħa partikolari u rriżulta li kienu aktar minn 250 pazjent li ngħataw il-kura fl-Emerġenza ta’ Mater Dei.

L-akbar numru ta’ pazjenti li kienu fl-emerġenza biex jingħataw il-kura kien bejn nofsinhar u 4.00pm meta b’kollox kien hemm 77 pazjent. L-inqas ħin kien bejn nofs il-lejl tal-15 ta’ Jannar u l-4.00am tas-16 ta’ Jannar meta b’kollox kien hemm 20 pazjent fl-Emerġenza biex jingħataw il-kura.

Il-Ministru Abela ta rendikont ukoll ta’ kemm kien hemm infermieri u staff mediku ieħor f’dawn l-24 siegħa.

Ekonomija

Sport