Thursday, April 18, 2024

FA Cup: Grimsby se jkomplu jiktbu l-istorja?

Aqra wkoll

Meta wieħed jifli l-erba’ kwarti-finali tal-FA Cup li se jintlagħbu fi tmiem il-ġimgħa, toħroġ tema waħda: l-istorja. Kemm jekk Grim­sby isirux l-ewwel team fl-istorja tal-kompetizzjoni, li eliminaw ħames timijiet minn diviżjoni ogħla fi staġun wieħed, jew ir-rekords orribbli ta’ Burnley u Fulham kontra l-clubs ta’ Manchester, b’kull waħda mill-kwarti-finali għandha storja storika x’tirrakkonta.

BRIGHTON v GRIMSBY – Din hija l-ewwel darba mill-1930 li ż-żewġ tinijiet se jiltaqgħu fl-FA Cup. Dik is-sena kien hemm bżonn ta’ replay, u l-logħba ntrebħet minn Brighton, li dak iż-żmien kienu fit-Tielet Diviżjoni t’Isfel, filwaqt li Grimsby kienu fl-ogħla livell.

Kif intqal qabel, Grimsby saru l-ewwel team fl-istorja tal-FA Cup li elimina ħames timijiet minn diviżjoni ogħla fi staġun wieħed fil-kompetizzjoni (mill-ewwel round ‘il quddiem).

Peress li r-raba’ livell tal-kampjonat Ingliż inħoloq fl-1958-59, Grimsby huma biss il-ħames team minn din id-diviżjoni li qed jidhru fl-aħħar tmienja tal-FA .

MAN CITY v BURNLEY – Fejn tidħol din il-partita, l-istorja riċenti tiffavorixxi team wieħed biss. Burnley tilfu l-aħħar 10 laqgħat tagħhom mas-City fil-kompetizzjoni­jiet kollha bi skor aggregate ta’ 34-1 u anke rebħu rebħu l-aħħar erbgħa fl-FA Cups, l-aħħar rebħa ta’ 5-0 fir-raba’ round tasal fl-2019.

Burnley ilhom ma jirbħu barra minn darhom kontra s-City sa miċ-Charity Shield tal-1973, u minn dak in-nhar ġew erba’ draws u tilfu 12 mis-16-il żjara tagħhom.

Is-City jsiru biss it-tielet team li wasal sas-semi-finali f’ħames staġuni konsekuttivi mill-ħolqien tal-Football Lea­gue, wara Manchester United (1961-62 sa 1965-66) u Arsenal (2000-01 sa 2004-05).

Burnley huma wkoll “ir­xoxtati” taħt il-leġġendarju tas-City, Vincent Kompany, fejn qed jiġru biċ-Championship, bil-Clarets isofru biss tliet telfiet fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun.

MAN UNITED v FULHAM – Fejn jidħlu rekords negattivi kontra club ta’ Manchester, Fulham jafu kollox dwarhom. Wara li tilfu l-ewwel żewġ partiti tal-FA Cup kontra Fulham fl-1905 u fl-1908, il-Uni­ted għamlu progress f’kull wieħed mill-aħħar tmien­ja tagħhom kontra l-club ta’ Londra.

Fulham ma rebħux fl-aħħar 15-il laqgħa tagħhom kontra il-United fil-kompetizzjoni­jiet kollha, tilfu 12, filwaqt li rebħu biss waħda mill-aħħar 25 logħba barra minn darhom kontra r-Red Devils, li tmur lura fl-2003.

L-ebda team ma wasal sas-semi-finali aktar minn Manchester United, b’rekord konġunt ta’ 30 flimkien ma’ Arsenal, ir-Red Devils tilfu ħamsa mill-aħħar tmien kwarti-finali, l-aktar reċenti kontra Leicester fl-2020-21.

SHEFFIELD U. v BLACKBURN R. – Jekk Blackbur Rovers jegħlbu lil Sheffiel United tkun l-ewwel darba li rebħulhom fl-FA Cup wara 126 sena, u jiksru r-rekord preċedenti ta’ Derby kontra Barnsley, li huwa ta’ 125 sena u 343 jum (1897-2023).

Iżda fejn tidħol l-FA Cup, ir-rekord riċenti tal-Blades huwa taj­jeb. Din hija t-tielet kwarti-finali tal-FA Cup fl-aħħar erba’ staġuni, għalkemm tilfu t-tnejn pre­ċedenti kontra Arsenal fl-2019-20 u Chelsea fl-2020-21. L-aħħar dehra tagħ­hom fis-semi-finali kienet fl-2014 meta tilfu kontra Hull City.

Din hija biss il-ħames kwarti-finali bejn żewġ naħat mit-tieni livell mill-bidu tal-Millennju u hija l-ewwel waħda mill-2013, meta Millwall eliminaw lil Blackburn wara replay.

Ekonomija

Sport