Sunday, April 14, 2024

Serie A: Inter jospitaw lil Juventus fid-derby tal-Italja

Aqra wkoll

Meta tintlagħab is-27 ġurnata tas-Serie A, l-aktar partita li se tiġbed attenzjoni hija dik bejn Inter u Juventus liema konfront huwa meqjus bħala d-”Derby tal-Italja” minħabba r-rivalitá li teżisti bejn iż-żewġ timijiet. 

Bla dubju, din il-partita għandha l-importanza tagħ­ha minħabba li filwaqt li Inter qed jisfidaw għat-tieni post, teżisti possibbiltá li Juventus għandhom l-istess objettiv. 

Dan minħabba li fil-ġimgħat li ġejjin se jingħata l-verdett tal-appell li Bianconeri ssottomettew wara li tnaqqsulhom 15-il punt wara rregolaritajiet fil-kotba fi­nan­zjarji tagħhom. 

Jekk jiġri hekk, huma għandhom ċans kbir li jis­piċċaw fit-tieni post.  Iżda għalissa jkollhom jikkuntentaw bis-seba’ post u jinsabu 10 ‘l bogħod mir-raba’ pożizzjoni.

Rebħa għalihom tpoġġihom disa’ punti taħt l-istess Inter.  

Inter se jkollhom barra lil Robin Gosens filwaqt li Juventus ma jistgħux jinkludu lis-sospiż Moise Kean u l-imweġġħin Paul Pogba, Angel Di Maria, Alex Sandro, Federico Chiesa, Kaio Jorge u Arkadiusz Milik. 

Torino v Napoli – Napoli jmorru għand Torino bil-għan li jżommu t-18-il punt vantaġġ f’ras il-klassifika u jagħmlu pass ieħor lejn ir- rebħ tat-titlu. 

Jidher li bħalissa ħadd ma jista’ jwaqqaf lill-Partenopei u jinżlu għal dan il-konfront b’moral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa ta’ 3-0 fuq Eintracht Frankfurt biex ikkwa­li­fikaw għall-kwarti-finali tal- UEFA Champions League.

Iżda huma se jkollhom jgħaddu mingħajr l-imweġ­ġgħin Marco Rui u Giacomo Raspadori filwaqt li l-Granata ma jistgħux jinkludu lil Ronaldo Vieira, Nikola Vlasic, David Zima u Valentino Lazzaro għall-istess raġuni.

Udinese v Milan – Barra minn darhom Milan jiffaċ­ċjaw lil Udinese f’dik li hija meqjusa bħala partita deli­skata.

Għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom meta ġej­jin minn telfa kontra Fiorentina (2-1) u draw kontra Sa­lernitana (1-1). 

Ir-Rossoneri għandhom lil Olivier Giroud sospiż filwaqt li Junior Messias qed jirkupraw minn injury. 

Min-naħa tal-Friulani, En­zo Ebosse u Gerard Delofeu se jkunu neqsin għax jinsabu mweġġgħin. 

Salernitana v Spezia – Il- bieraħ intlagħbet il-partita bejn Salernitana u Spezia bit-team ospitu joħroġ rebbieħ bl-iskor ta’ 1-0.  L-uniku goal ta’ dan il-konfront wasal fil-71 minuta minn penalty mogħti minn Domenico Berardi.

Ekonomija

Sport