Wednesday, April 24, 2024

FA Trophy: Hibernians fir-round tas-16 b’rebħa fuq Zurrieq

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Hibernians…………….3

Zurrieq…………………..1

Hibernians kisbu post fir-round tas-16 tal-Izibet FA Trophy meta għelbu Żurrieq bl-iskor ta’ 3-1.

Kenu l-Pawlsiti li ħargu fuq l-offensiva u fl-10 minuta Jurgen Degabriele, avvanza tajjeb, xeħet cross-shot fil-baxx, li minnu iżda Gabriel Mensah ma rnexxielux jikkonnettja bil-ballun jintemm barra.

Huam komplew fuq l-offeniva u fid-29 minuta Jurgen Degabriele għadda tajjeb lejn GABRIEL MENSAH li mir-rebound mill-viċin tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Hibernians komplew jattakkaw u man-nofsiegħa logħob, Mensah kellu x-xutt tiegħu salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Zurrieq, Dunstan Zarb.

It-tim minn Raħal Ġdid irdoppja l-iskor fit-38 minuta, meta minn azzjoni ta’ corener moghti minn Jurgen Degabriele, Gonzalo Llerena niżżel il-ballun lejn BJORN KRISTENSEN li minn pożizzjoni ideali tefa’ f’lasta vojta.

Zurrieq naqqsu l-marġni tal-iskor fl-44 minuta meta Igor Misan ra x-xutt tiegħu salvat parzjalment mill-goalkeeper tal-Pawlisti, Justin Haber, biex daħal tajjeb JOAO VITOR li tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Hibernians issiġiliaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fil-55 minuta meta Jurgen Degabriele indirizza cross li sab lil YUNUSA OWOLABI MURITALA li permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun fix-xibka.

Il-Pawlisti komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

Hibernians: 16-Justin Haber, 3-Ferdinando Apap, 6-Gonzalo Llerena (4-Kurt Shaw 69), 7-Thaylor Aldama (5-Eduardo Andres Mangles Herrera 88), 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen (42-Ali Diakite 69), 12-Dunstan Vella, 17-Gabriel Mensah, 19-Joseph Zerafa (22-Gabriel Izquier Artiles 69), 20-Andrei Agius, 23-Yunusa Owolabi Muritala (9-Jairo Rivero Morillas 77) Coach: Andrea Pisanu

Zurrieq: 1-Dunstan Vella, 4-Ivan Bojovic, 5-Jeremy Busuttil (3-Mauro Bonnici 75), 7-Andrea Azzopardi (10-Bydasser Sammut 74), 8-Igor Misan, 14-Melvin Busuttil, 15-Adrian Caruana, 19-Xylon Portelli, 21-Joao Vitor, 27-James Vella (6-Luca Bugeja 85), 96-Shawn Darmanin (16-Kurt Darmanin 63) Coach: George Magri

Referee: Andrea Schiriha

Ass. Referees: Duncan Sultana, Vasil Vasilev

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: G. Mensah 29, B. Kristensen 38, Y. Owolabi Muritala 55 (H), J. Vitor 44 (Z)

Ammoniti: G. Llerena Bravo, F. Apap, T. Aldama (H), J. Busuttil (Z)

Sport