Sunday, November 24, 2024

Fekruna tbid fir-Ramla l-Ħamra … is-sitt bejta tal-istaġun

Aqra wkoll

Dalgħodu aħbar sabiħa għal dawk kollha li jħobbu n-natura kienet li matul il-lejl li għadda fekruna telgħet tbid fir-Ramla l-Ħamra, propju s-sitt bejta f’dan l-istaġun

L-uffiċjali tal-ERA u l-voluntiera tan-Nature Trust – FEE Malta marru fuq il-post biex jiżguraw is-sigurtà tal-fekruna u issa se jibdew ix-xogħlijiet biex iż-żona tiġi magħluqa u protetta.

Fmessaġġ fuq Facebook, l-ERA rringrazzjat lill-pubbliku għall-appoġġ u l-kooperazzjoni. Huma ħeġġew lill-pubbliku biex jirrapportaw attivitajiet relatati mal-fkieren tal-baħar billi ċċemplu lill-ERA fuq 2292 3500 jew Nature Trust- FEE Malta fuq 9999 9505.

Minħabba li l-bajd li jinsab taħt ir-ramel irid ikun mgħasses 24 siegħa kuljum, dawk kollha li jixtieq joffru xi sigħat bħala volontarjat iridu jagħmlu kuntatt fuq [email protected].

Sport