Saturday, December 21, 2024

Festa għeneb f’nofs Settembru fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Ix-xahar ta’ Settembru hu mfakkar mhux biss għax fih naraw it-tmiem tas-sajf imma ukoll għall-għeneb bnin ta’ Malta. Ħafna minnu dan jilħaq f’Settembru jibda jingħasar f’dan iż-żmien.

Biex jitfakkar dan, fis-Siġġiewi se ssir Festa Għeneb. Għall-ewwel darba dan il-festival se jsir fuq jumejn, fis-16 u 17 ta’ Settembru.

F’Festa Għeneb se jkun hemm esebizzjonijiet artistiċi u wirja tal-moda sa logħob tan-nar pirotekniku.   Tħabbar li s-Sibt, 16 ta’ Settembru, il-pjazza prinċipali se tkun magħluqa u wieħed se jkun jista’ jara arti u artiġġjanat Malti, flimkien ma’ ikel, divertiment minn bands lokali u wirja tal-moda marbuta mat-tema Maltija. Il-Ħadd filgħodu l-programm jissokta fuq l-aspett agrikolu, anke permezz ta’ wirja ta’ makkinarju antik, kant u żfin miżżewweġ mal-għana Malti.  

Filgħaxija se ssir attività fejn jista’ jinkiseb għarfien dettaljat dwar il-proċess li l-għeneb jgħaddi minnu qabel isir inbid. Minbarra hekk, wara numru ta’ snin, se tirritorna wkoll il-kompetizzjoni tal-inbid. 

Is-Segretarju Parlamentari Allison Zerafa Civelli espremiet is-sodisfazzjon tagħha li kunsilli lokali, fosthom dak tas-Siġġiewi, qed jibbenefikaw minn fondi li jagħmluha possibbli biex jitħejjew avvenimenti li jħaddnu u jiċċelebraw l-kultura Maltija b’mod li joffri divertiment u tagħlim għal familja kollha. 

Iddikjarat li “l-qasam tal-Gvern Lokali hu kommess li jkompli jgħin u jinvolvi lill-kunsilli lokali għax min aħjar mill-membri tal-kunsilli lokali tagħna li jafu sew l-irkejjen fil-lokalitajiet tagħna, u għaldaqstant iva permezz tal-fondi li joffri l-Gvern minn żmien għal żmien inkomplu nuru dak kollu li Malta tagħna għandha.” 

Ekonomija

Sport