Sunday, December 22, 2024

F’ħajjitha qatt ma kienet baħħret…..spiċċat daret madwar id-dinja

Aqra wkoll

Forsi diffiċli biex wieħed jifhem, imma żgur mhux xi ħaġa faċli li f’ħajtek qatt ma tkun irkibt dgħajsa u mbagħad f’daqqa waħda tiddeċiedi li tibda tbaħħar madwar id-dinja.

Din hi l-esperjenza ta’ Carla Fowler, li wara li żżewġet lil Simon, ħarġet bl-idea li huma jibdew ibaħħru madwar id-dinja. 

Carla, Portugiża,  flimkien ma’ żewġha baħħru għal xejn inqas minn 22,000 mil nawtiku. 

Minkejja l-età tagħhom, Carla ta’ 54 sena u Simon ta’ 61 sena, huma ħolqu YouTube Channel imsejjaħ Sailing Ocean Fox u hemmhekk qasmu l-avventuri tagħhom. Illum għandhom aktar minn 11,000 membru fuq dan is-sit. 

Carla kienet qed tgħix ħajja regolari f’Londra. Kienet taħdem bħala assistenta personali. Fit-tieni żwieġ tagħha iddeċidiet li ħajjitha ittiha bixra aktar internazzjonali u għalhekk ġiet f’rasha id-dinja tat-tbaħħir.

Hi titkellem kif Simon, li llum hu r-raġel tagħha, dejjem kellu x-xewqa li jagħmel sajf ibaħħar, b’mod partikolari fil-Mediterran.  Biss hu qatt ma kellu opportunità li jagħmel dan u lanqas kellu l-ħin u l-finanzi meħtieġa. 

Fi kliem Carla, “aħna konna fil-bidu ta’ relazzjoni ġdida. Ridt li nagħmilha speċjali. Fil-bidu bdejt naħseb biex inqattgħuha nixxemxu jew fuq ix-xtajtiet u mbagħad ħsibt fuq li nbaħħru. Simon aċċetta”.

Imma Simon ma kellu l-ebda ħjiel ta’ kif dan il-ħsieb jista’ jitwettaq.  Il-koppja għamlu xejn inqas minn 18-il xahar jaħdmu biex ikollhom il-fondi neċessarji. Daħlu fil-qasam tal-proprjetà u bdew jixtru u jbiegħu u dan bil-għan li jkollhom il-fondi neċessarji. 

Spiċċaw anke biegħu darhom u xtraw jott, Lagoon 400.  Il-jott inxtara mill-Kroazja u taw l-isem ta’ Ocean Fox. 

Id-deċiżjoni tagħhom ġiet komunikata lit-tfal tagħhom u mhux kulħadd laqagħha bl-istess mod.  Kien hemm min tħasseb u oħrajn ma fehmux għaliex iddeċidew li jagħmlu hekk. Kien hemm min qalilhom “teenagers irresponsabbli”. Maż-żmien imma uliedhom aċċettaw dan u marru jqattgħu vaganzi magħhom u li huma jibqgħu jiftakru fihom bħala postijiet mill-isbaħ.

Mhux faċli li twettaq esperjenza bħal din u huma  ppruvaw isostnu din l-avventura billi jużaw il-popolarità tal-YouTube Channel. Dan billi jiffilmjaw dan l-għixien tagħhom u billi joħolqu filmati li  jispiraw lil nies oħra.

Raw li kien hemm Channel fuq YouTube li kienu qed jaqilgħu l-flus u huma raw li kellhom bżonn madwar €1,000 fix-xahar. 

Kienu imbeżżgħin għax ħasbu li n-nies mhux se tinteressahom il-ħajja ta’ żewġ persuni irtirati jgħixu fuq jott.

Kienet sorpriża kbira għalija meta raw rispons qawwi. Kien hemm ukoll min ikkritikahom bil-qawwi ukoll.

Wara 22,000 mil nawtiku tbaħħir…..kif inbidlu?

Carla tiddikjara bla tlaqlieq li “llum wara dawn il-mili nawtiċi ta’ tbaħħir qed naraw li l-ħajja hi xi ħaġa speċjali.  Anki r-relazzjoni tagħna. Nappoġġjaw lil xulxin. Ma nimmaġinanix inmur lura lejn il-ħajja li konna ngħixu. Qed nuru li hemm ħajja oħra kif nistgħu ngħixu u bil-medja soċjali u l-internet, dan ifisser li aħna nistgħu naħdmu  mingħajr ma nkunu wara xi uffiċċju jew xi mejda”.

Bil-Covid19 inqabdu fil-Bahamas

L-imxija tal-Covid19, minkejja li kienu jkunu bejn sema u ilma, affettwathom ukoll b’mod negattiv. Dan għax huma spiċċaw maqbudin bil-jott tagħhom fil-Bahamas u ma setgħux joħorġu minn hemm. 

Simon kien ikkummenta dwar dan u qal li “f’pandemija tispiċċa maqbud f’port hi iebsa u stressanti. Dak kien l-aktar żmien dipressanti li għaddejna fl-aħħar sentejn. In-nies tal-post, minħabba l-biża’ ta’ infezzjoni ma tantx laqgħuna b’mod tajjeb. Anki biex issib provvisti konna qed insibuha diffiċli.” 

Ekonomija

Sport