Minn tal-inqas 920 persuna nqatlu u mat-3,360 indarbu. Dan wara li żewġ terremoti qawwija laqtu l-Venezwela nhar l-Erbgħa wara nofinhar. Dawn iċ-ċifri ġew ippublikati skont l-aktar aġġornament reċenti mill-awtoritajiet, hekk kif għexieren ta’ eluf ta’ nies huma rrapurtati nieqsa.
Il-President aġent Delcy Rodríguez qal aktar kmieni li La Guaira, reġjun fit-tramuntana tal-kapitali fil-Venezwela, kien l-aktar milqut. Kawża taż-żewġ terremoti, il-bini waqa’ u n-nies spiċċaw bla dar.
L-isforzi ta’ salvataġġ qed ikomplu għat-tielet jum b’timijiet li qed jingħaqdu minn madwar id-dinja, inklużi mir-Renju Unit, mill-Messiku, mill-Iżvizzera u mill-Istati Uniti.
Iż-żewġ terremoti qawwija laqtu l-Venezwela nhar l-Erbgħa waranofsinhar, b’inqas minn minuta ‘l bogħod minn xulxin. L-ewwel terremot kellu kobor ta’ 7.2 u t-tieni 7.5. It-tieni kien wieħed mill-aktar theżżiż qawwi li laqat il-pajjiż tal-Amerika t’Isfel f’seklu.

