Tuesday, May 19, 2026

Finalissima: Marsaxlokk iressqu protest kontra l-goal deċiżiv ta’ Floriana

Aqra wkoll

Il-bieraħ wara nofsinhar, il-club ta’ Marsa­xlokk ressaq protest quddiem il-Malta FA dwar il-goal deċiżiv skorjat fil-Finalissima kontra Floriana.

Il-protest huwa bbażat fuq il-pożizzjoni tal-club illi l-goal inkwistjoni iqajjem kwistjonijiet serji dwar l-applikazzjoni tal-Laws of the Game, partikolarment fir-rigward ta’ Law 15 tal-IFAB.

Skont l-istqarrija tal-stess club, id-diversi filmati disponibbli għall-club u wieħed għall-Malta FA juru biċ-ċar li l-goal fil-ħin miżjud ġie direttament minn throw-in, bi ksur ta’ Law 15 tal-IFAB.

Marsaxlokk jemmnu li dan l-avveniment wassal sabiex il-kampjonat jiġi deċiż abbażi ta’ inġustizzja sportiva serja u bi ksur tar-regoli fundamentali tal-logħba, temmet tgħid l-istqarrija.

Min-naħa tagħha, il-Malta FA qalet li skont ir-regolamenti u l-proċeduri appli­kabbli tal-Assoċjazzjoni, il-protest se jiġi riferut lill-korp ġudizzjarju indipendenti tal-MFA, il-Bord tal-Protesti, għall-konsi­derazzjoni u d-deċiżjoni tiegħu.

Il-Malta FA astjeniet milli tagħmel aktar kummenti waqt li l-kwistjoni tkun qed tiġi riveduta mill-korpi kompetenti.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport