Monday, May 18, 2026

Marsaxlokk FC iressqu protest quddiem il-Malta FA dwar il-goal deċiżiv skurjat fil-Finalissima kontra Floriana FC

Aqra wkoll

It-Tnejn wara nofsinhar Marsaxlokk FC ressqu protest quddiem il-Malta FA dwar il-goal deċiżiv skurjat fil-Finalissima kontra Floriana FC.

Il-protest huwa bbażat fuq il-pożizzjoni tal-klabb illi l-goal inkwistjoni iqajjem kwistjonijiet serji dwar l-applikazzjoni tal-Laws of the Game, partikolarment fir-rigward ta’ Law 15 tal-IFAB.

Skont l-istqarrija tal-stess klabb, id-diversi filmati disponibbli għall klabb u wieħed għall-Malta FA juru biċ-ċar illi l-gowl fil-ħin miżjud ġie direttament minn throw-in, bi ksur ta’ LAW 15 tal-IFAB.

Marsaxlokk FC jemmnu li dan l-avvenimenti wassal sabiex il-kampjonat jiġi deċiż abbażi ta’ inġustizzja sportiva serja u bi ksur tar-regoli fundamentali tal-logħba temmet tgħid l-istqarrija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport