Sunday, December 22, 2024

Fl-2023: Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali rċieva 3,744 sejħa għal assistenza

… minn dawn is-sejħiet ġew salvati 1,735 annimal

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Matul din is-sena s’issa, id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali rċieva total ta’ 3,744 sejħa għal assistenza. Minn dawn is-sejħiet ġew salvati total ta’ 1,735 annimal. Id-Direttorat wettaq ukoll 866 spezzjoni. S’issa diġà nħarġu 17-il kwerela, 10 multi amministrattivi u 10 oħra fil-proċess li jiġu evalwati legalment biex ikunu jistgħu jinħargu.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo meta kienu qed jiġu diskussi l-estimi finanzjarji tal-Budget 2024 għall-Ministeru li tiegħu huwa responsabbli.

Il-Ministru Refalo semma kif f’Ġunju li għadda ġiet varata il-kampanja għat-tiswija u l-iċċippjar tal-qtates tat-triq. Taħt din il-kampanja bdew jiġu msewwija qtates mir-reġjuni kollha ta’ Malta. Sal-ġurnata tal-lum ġew imsewwija 2,258 qattus.

L-implimentazzjoni tal-kampanja nazzjonali tat-tiswija tal-qtates ser titkompla matul is-sena 2024 filwaqt li se tiġi estiża sabiex issir kampanja nazzjonali oħra immirata biex issir tiswija tal-klieb.

Ekonomija

Sport