Fl-aħħar sentejn, il-Gvern investa aktar minn €5 miljun f’mediċini għall-kura ta’ kundizzjonijiet psikjatriċi

Aqra wkoll

Matul dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern alloka investiment ta’ aktar minn €5 miljun f’mediċini intiżi għall-kura ta’ kundizzjonijiet psikjatriċi li ġew inklużi fil-Formularju tal-Gvern. Dan l-investiment għandu l-għan li jkompli jiffaċilita l-aċċess għall-kura meħtieġa minn persuni li jgħixu b’kundizzjonijiet relatati mas-saħħa mentali.

Din l-informazzjoni ħarġet minn tweġiba Parlamentari mogħtija mill-Ministru għas-Saħħa Ian Borg, b’risposta għal mistoqsija li saritlu mid-Deputata Laburista Romilda Zarb. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport