Thursday, December 26, 2024

Fl-aħħar tliet snin l-2022 kienet l-agħar waħda fejn jidħlu inċident stradali fatali

1,451 inċident stradali matul is-sena li għaddiet

Aqra wkoll

Is-sena li għaddiet kien hemm total ta’ 1,451 inċident stradali li fihom kien hemm persuni li sofrew ġrieħi jew saħansitra tilfu ħajjithom. Iddikjara dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proeġetti Kapitali Chris Bonett meta mistoqsi mid-deputat Nazzjonalista Adrian Delia rigward l-inċidenti stradali li seħħew fl-2023.

Il-Ministru Bonett żied biex jgħid li minn fost dawn l-inċidenti kien hemm 13 li fihom kien hemm persuni li tilfu ħajjithom filwaqt li kien hemm 404 inċidenti li fihom kien hemm persuni li sofrew ġrieħi ta’ natura gravi.

Meta mitlub iqabbel dawn iċ-ċifri mas-sentejn ta’ qabel il-Ministru Bonett qal li fl-2021 kien hemm total ta’ 1313-il inċident stradali li fihom 317-il persuni sofrew ġrieħi serji u 9 kienu saħansitra fatali. Fis-sena 2022 kien hemm total ta’ 1,403 inċidenti stradali li fihom 357 persuni sofrew ġrieħi serji u 28 kienu fatali.

Ekonomija

Sport