Sunday, October 18, 2026
Home Internazzjonali Fl-Albanija… protesti vjolenti li issa daħlu fil-sitt jum tagħhom

Fl-Albanija… protesti vjolenti li issa daħlu fil-sitt jum tagħhom

0
55

Fl-Albanija ukoll kien hemm protesti kbar u vjolenti li minn Tirana infirxu lejn bliet fosthom Durres. Il-protesti fl-Albanija daħlu fil-sitt jum konsekuttiv. Is-sitwazzjoni hija partikolarment serja fil-kapitali, Tirana. Il-pulizija: użat gass tad-dmugħ, kanuni tal-ilma u anke ġew sparati balal tal-lastiku.  Madwar 1,000 dimostrant kienu arrestati.

Minkejja li dawk li qegħdin jipprotestaw qegħdin jitolbu għar-riżenja tal-Prim Ministru,  il-Prim Ministru Edi Rama qed jirrifjuta li jirriżenja.

Is-sitwazzjoni hi inċerta għall-aħħar u għad m’hemmx konferma li l-protesti se jieqfu. Il-moviment beda b’dimostrazzjonijiet dwar proġett ta’ resort lussuż fuq il-kosta Albaniża u mbagħad kiber biex jinkludi talbiet kontra l-korruzzjoni u għal edukazzjoni aħjar u aktar opportunitajiet tax-xogħol.  Il-protesti fl-Albanija qed isiru prinċipalment minħabba l-korruzzjoni, l-edukazzjoni, in-nuqqas ta’ xogħol u rabja lejn il-gvern tal-Prim Ministru Edi Rama. 

Il-protesti qegħdin isiru minħabba l-korruzzjoni tal-gvern. Id-dimostranti jemmnu li l-poter u l-flus qed jibqgħu f’idejn nies b’konnessjonijiet politiċi, filwaqt li ċ-ċittadini ordinarji qed jitħabtu biex jgħixu. Hemm ukoll allegazzjonijiet dwar korruzzjoni fost uffiċjali għolja.

Il-Prim Ministru Edi Rama ċaħad li għandu jirriżenja u qal li l-gvern għandu jinbidel permezz tal-elezzjonijiet demokratiċi. Apparti dan raġuni oħra għall-protesti hi l-proġett turistiku lussuż marbut ma’ investituri fosthom Jared Kushner.  Residenti jsostnu li l-art tagħhom intużat jew inbiegħet b’mod inġust. Hemm tħassib dwar ħsara lill-ambjent u lill-kosta naturali. Id-dimostranti jibżgħu li żoni sbieħ tal-kosta jispiċċaw għall-benefiċċju ta’ investituri sinjuri minflok il-pubbliku.

Fl-Albanija qegħdin jispikkaw il-protesti miż-żgħażagħ. Dawn qegħdin juru l-għadab tagħhom minħabba spejjeż għoljin tal-università, kundizzjonijiet u kwalità tal-edukazzjoni, nuqqas ta’ opportunitajiet tax-xogħol wara l-gradwazzjoni u inugwaljanza bejn is-sinjuri u l-bqija tal-popolazzjoni. Għal ħafna minnhom, il-problema mhijiex biss l-edukazzjoni, iżda wkoll il-futur tagħhom fl-Albanija. 

Fl-Albanija, il-protesti bdew fuq kwistjonijiet speċifiċi, iżda kibru f’moviment kontra l-gvern kollu. Id-dimostranti jemmnu li l-problemi tagħhom ilhom ma jissolvew u qed jitolbu bidla politika. Il-gvern, min-naħa tiegħu, jgħid li għandu mandat elettorali u li l-vjolenza u l-qerda tal-proprjetà mhumiex aċċettabbli.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here