Thursday, April 23, 2026

Il-każ dwar il-qtil ta’ Celeste Rivas Hernandes

Aqra wkoll

… mietet b’diversi ġrieħi kkawżati minn oġġett li jaqta’

Wara xhur ta’ spekulazzjoni u dewmien, uffiċjali ħabbru li t-tifla ta’ 14-il sena li kienet instabet fil-karozza tal-kantant D4vd kienet mietet b’diversi ġrieħi “penetranti” li kienu kkawżati minn oġġett jew oġġetti li jaqtgħu. 

Matul il-ġurnata tal-Erbgħa, l-Uffiċċju tal-Eżaminatur Mediku tal-Kontea ta’ Los Angeles iddikjara li l-mewt ta’ Rivas Hernandez bħala “omiċidju”. Il-vittma kienet instabet f’karozza Tesla li kienet irreġistrata f’isem il-kantant D4vd, f’Settembru li għadda.

Ir-raġel, li ismu proprja huwa David Anthony Burke u għandu 21 sena, qed jaffaċċja diversi akkużi relatati mal-mewt tagħha, inkluż dik ta’ qtil. Huwa qed iwieġeb mhux ħati għall-akkużi, bl-Avukati tiegħu jinsistu li se jkunu qed juru li huwa innoċenti. 

L-Avukati tad-Difiża qed jgħidu li jemmnu li hemm evidenza li turi li David ma kienx qatel lil Celeste u lanqas ma kkawża l-mewt tagħha. “Se niddefendu bis-saħħa l-innoċenza tiegħu,” qalu l-Avukati Blair Blerk, Marilyn Bednarski u Regina Peter fi stqarrija li taw lill-BBC. 

Il-Prosekuturi qed jallegaw li l-akkużat qatel lit-tfajla minħabba li allegatament din heddet li tirrapporta li kellhom relazzjoni sesswali li bdiet meta kellha 13-il sena u beża’ li minħabba f’hekk kien se jsirlu ħsara fil-karriera tiegħu.

Il-ġenituri tat-tfajla, Jesus Rivas u Mercedes Martinez, sellmu l-memorja ta’ binthom u ddeskrivewha bħala “tifla b’saħħitha li kienet tħobb tkanta u tiżfen.” 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport