Floriana FC ħabbru l-akkwist ta’ Stephen Odey.
Skorer ippruvat b’esperjenza internazzjonali, Stephen jasal wara karriera li ratu jispikka fin-Niġerja u jikkompeti madwar l-Ewropa ma’ klabbs inklużi FC Zürich fejn rebaħ it-Tazza Żvizzera, Genk, Amiens, Randers FC, u aktar riċentement mat-tim Ungeriż Debreceni VSC, filwaqt li lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Niġerjan.
Magħruf għall-veloċità, is-saħħa, u x-xamma tiegħu għall-gowl, Stephen iġib miegħu kwalità, esperjenza fl-iskwadra ta’ Floriana.
L-akkwist tiegħu huwa sinjal ieħor ċar tal-ambizzjoni tal-Amministrazzjoni ta’ Floriana Fc hekk kif qed ikomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom bi players ta’ kwalità biex jilħqu l-għanijiet tagħhom.




