Friday, August 28, 2026
Home Sport Jittellgħu l-poloz tal-UEFA Europa League u tal-UEFA Conference League

Jittellgħu l-poloz tal-UEFA Europa League u tal-UEFA Conference League

0
47

Wara li nhar il-Ħamis ttellgħu l-poloz tal-UEFA Champions League, nhar il-Ġimgħa kien imiss dawk tal-UEFA Europa League u tal-UEFA Conference League. 

Il-partiti se jintlagħbu f’għamla ta’ fażi tal-kampjonat fejn kull team jilagħab kontra tmien avversarji bil-logħbiet ikunu erbgħa home u erbgħa away, fejn b’kollox se jieħu sehem 36 team.

L-ewwel tmienja jikkwalifikaw b’mod awtomatiku għall-Aħħar 16. Dawk it-timijiet li jtemmu bejn id-disa’ u l-24 post, jilagħbu play-off biex it-tmien timijiet kwalifikanti jilagħbu fl-Aħħar 16, bit-timijiet telliefa jiġu relegati fil-Confe­rence League u fil-każ tal-Conference, jiġu eliminati.

Dawk li jispiċċaw mill-25 post ‘l isfel jiġu eliminati.

Fl-Europa League, iż-żewġ timijiet Taljani huma Juventus u Milan … bl-avversarji tagħhom ikunu:

Juventus: Real Sociedad (H), AZ Alkmaar (A), Rennes (H), Ferencvaros (A), Omonia Nicosia (H), Celta Vigo (A), NEC Breda (H), Hapoel Beer Sheva (A).

Milan: Benfica (H), Olympiakos (A), Ferencvaros (H), Salzburg (A), Sunderland (H), Bournemouth (A), Ararat (H), Levski Sofia (A).

L-avversarji tat-timijiet Ingliżi huma:

Bournemouth: Real Sociedad (H), Milan (A) Sparta Praha (H), Viktoria Plzen (A), Sturm Graz (H), Celta Vigo (A) Hapoel Beer-Sheva (H), Lillestroem – Away

Crystal Palace: Real Sociedad (H), Lyon (A), Sparta Prague (H), Salzburg (A), Lech Poznan (H), Jagiellonia (A), Hoffenheim (H), Besiktas (A).

Ta’ min jinnota li Crystal Palace ġew promossi għal din il-kompetizzjoni bħala r-rebbieħa tal-UEFA Conference League tal-istaġun li għadda.

Sunderland: AZ Alkmaar (H), Milan (A), GNK Dinamo (H), Anderlecht (A), Jagiellonia (H), Lech Poznan (A), Levski Sofia (H), Torreense (A).

L-ewwel ġurnata tintlagħab fil-15 ta’ Ottubru.

UEFA CONFERENCE LEAGUE

Atalanta huma l-uniku team Taljan li se jilgħab fil-UEFA Conference League.

Is-sitt avversarji tagħhom huma: Ajax (A), Pafos (H), Borac (A), Kairat Almaty (H), Riga (A), Mjallby (H).

It-team li jirrappreżenta lill-Ingilterra huwa dak ta’ Brighton, bl-avversarji jkunu Monaco (H), Panathinaikos (A), Universitatea Craiova (H), Getafe (A), Kauno Zalgiris (H), Jablonec (A).

Bħal-UEFA Europa League, l-ewwel ġurnata tintlagħab fil-15 ta’ Ottubru … bit-tmien waħda tkun nhar it-28 ta’ Jannar 2027.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here