Friday, August 28, 2026
Home Sport Malta Premier League: Zabbar SP isalvaw il-partita b’goal drammatiku

Malta Premier League: Zabbar SP isalvaw il-partita b’goal drammatiku

0
51
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

Zabbar St Patrick…….1

Hibernians……………. 1

Zabbar St Patrick spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Hibernians bil-goal tagħhom jasal żewġ minuti mit-tmiem iżda fil-veritá kien jimmeritahom li ma joħorġux b’idejhom vojta mill-ground.

Kienu huma li ħolqu l-ewwel periklu wara biss żewġ minuti meta l-attakkant Taljan, Mario Fontanella, kellu x-xutt tie­għu jintemm ftit barra.

Iżda Hibernians fetħu l-iskor proprju mill-az­zjo­ni li segwiet meta Boris Druga għadda tajjeb lejn Leandro Lautaro Lacunza  li għadda lejn JAMIE WAHLING li kompletament żmarkat għe­leb għal kollox lill-goalkeeper Patrik Mohorovic.

Fit-22 minuta, iż-Żabbarin reġgħu ħolqu l-periklu meta xutt mid-distanza ta’ Joao Camargo ġie salvat minn wisq diffikultá minn Matteo Cardinali.

Il-Pawlisti wieġbu fit-43 minuta u kienu ferm sfortunati li ma rduppjawx l-iskor meta free­-kick insidjuż ta’ Wahling ħabat mal-mimduda qabel intemm barra.

Il-pressjoni kienet kol­lha fuq Zabbar u fil-ftuħ tat-tieni taqsima ħarġu ferm aggressivi u fl-64 minuta resqu viċin li jġibu l-iskor indaqs meta Nicolas Lancioni kellu t-tentattiv tiegħu li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ Zabbar, Patrik Mohorovic, li salva bi bravura.

Tliet minuti wara, il-Pawlisti kellhom ferħa bla temma meta kellhom goal ta’ Justin N’Zi mħassar wara li r-referee Daniel Portelli innota foul fl-azzjoni li wasslet għal dan il-goal.

Fit-78 minuta, Zabbar St Patrick reġgħu heddew me­ta Lancioni għadda tajjeb lejn Moriceau, li kien għadu kemm jidħol ftit tal-mumenti qabel, bl-Ispanjol jittanta xortih b’Cardinali jiddevja f’corner.

U meta kollox deher li Hibernians kienu se jirbħu t-tliet punti, fit-88 minuta, THOMAS MELILLO kellu ideat oħra minħabba li kiseb id-draw għaż-Żabbarin bi ġmiel ta’ goal mid-distanza.

Hibernians: Matteo Cardinali, Moritz Roling (Matthew Ellul 82), Kurt Shaw, Joseph Essien Mbong, Jamie Wahling, Bjorn Kristensen, Justin N’zi, Leandro Lautaro Lacunza (Fabian Jankovic 67), Jayden Roe, Alex Sobczyk (Joy Mickels 67), Boris Druga (Isaiah Chukunyere 46)   – Coach: Tugberk Tanrivermis

Zabbar SP: Patrik Mohoro­vic, Nicolas Lancioni, Charles M’Mombwa, Joao Henrique Ca­marga, Jake Micallef (Nicholas James Agius 76), Jurgen Pisani (Tobias Moriceau 76), Strahinja Jovancic, Zean Leonardi (Shelom Magri 82), Karlo Brucic, Adnan Basic (Vinicius Mendonca 76), Mario Fontanella  – Coach: Gilbert Agius

Referee: Daniel Portelli

assistenti: Jurgen Spiteri, Wayne Spiteri

Raba’ Uff.: Anthony Paul Vella

Skorers: J. Wahling 3 (H), T. Melillo 88 (Z)

Ammoniti: J. Micallef, C. M’Mombwa, J. Micallef (Z), I. Chukunyere, J. Wahling, M. Roling (H)

Player tal-Logħba: Nicolas Lancioni (Zabbar St Patrick)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here