Sunday, December 22, 2024

Forbes jikklassifika lil Malta t-tielet l-aqwa destinazzjoni bl-aħjar servizzi bażiċi għal nomadi diġitali

Aqra wkoll

Is-sit Forbes jikklassifika lil Malta bħala t-tielet l-aqwa destinazzjoni għal dawk kollha li qed jipprovaw isibu pajjiż biex jgħixu u jaħdmu b’mod remot ‘il bogħod minn pajjiżhom. Dan ħareġ wara li saret analiżi tal-aħjar servizzi li jeżistu f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa u anke mas-sistemi diġitali. Qabel Malta, skont Forbes ikassifikaw Spanja u l-Ġermanja.

Ġie nnotat li pajjiżna hu wieħed mill-aktar pajjiżi favoriti mal-ħaddiema li qegħdin jipprovaw isibu pajjiż li fih ikunu jisgħu jgħixu b’mod komdu u anke jaħdmu b’mod remot.

Malta ġabet punteġġ ta’ 7.29 minn massimu ta’ 10 mill-pajjiżi kollha tal-Ewropa. Skont Forbes fl-2023 kien hemm eluf ta’ persuni li fittxew fuq l-internet dwar Malta biex jaraw liema pajjiż jistgħu jmorru jaħdmu fih b’mod remot u anke jgħixu.

Din l-opportunità li wieħed jiġi jaħdem f’Malta b’mod remot bdiet f’Ġunju tal-2022 meta bdew jinħarġu visas li bihom jippermettu lill-freelancers kif ukoll lill-ħaddiema b’kuntratt li jirrilokaw f’Malta, iżda jaħdmu għal kumpaniji barranin.

Skont il-permess li jinħareġ, nomadi diġitali jistgħu joqogħdu f’pajjiżna għal minimu ta’ 12-il xahar, iżda dan jista’ jiġi estiż għal massimu ta’ tliet snin.

Aktar minn hekk, Forbes tgħid li Malta tinsab fis-19-il post mill-pajjiżi kollha tad-dinja li jiġu offruti servizzi tajbin tas-saħħa. Ġie nnutat li pajjiżna għandu waħda mill-aktar sistemi tal-kura tas-saħħa avvanzati.

Ekonomija

Sport