Connecting Through Culture, l-appuntament ewlieni tal-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex, qed jirritorna ghada s-Sibt 27 ta’ Ġunju mis-6:00 ta’ filgħaxija ’l quddiem fix-Xatt Ta’ Xbiex, ghall-ghaxar edizzjoni minn kemm ilu jsir dan l-avveniment. Bħala lokalità li tilqa’ fiha bosta missjonijiet diplomatiċi barranin, Ta’ Xbiex jiċċelebra bi kburija l-identità unika tiegħu bħala l-Kapitali Diplomatika ta’ Malta.
Dan il-festival ewlieni jippromwovi d-diversità globali filwaqt li fl-istess ħin jitfa’ dawl fuq il-wirt kulturali Malti. B’minn tal-inqas 14-il pajjiż li se jieħdu sehem, dawk li se jattendu jistgħu jistennew taħlita vibranti ta’ talent lokali u internazzjonali u wirjiet interattivi.
Il-palk tal-festival se jieħu l-ħajja b’talent multikulturali ta’ wirjiet tradizzjonali u kontemporanji. Matul il-lejla, il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi l-mużika, il-kant u ż-żfin ta’ Malta, l-Italja, Spanja, il-Greċja, il-Palestina, l-Indja, is-Serbja, il-Ghana, iċ-Ċina, il-Polonja, il-Messiku u pajjiżi oħra.
Fl-isfond mill-isbaħ tax-xatt ta’ Ta’ Xbiex b’veduti miftuha tal-Belt Valletta, ix-Xatt se jkun miżgħud b’ bankarelli tal-ikel internazzjonali li joffru għażla mdaqqsa ta’ kulinarija globali u togħmiet tradizzjonali. Il-viżitaturi jistgħu jiskopru wkoll esebizzjonijiet kulturali uniċi u stands ddedikati minn nazzjonijiet parteċipanti, inklużi l-Ġermanja, l-Olanda, l-Irlanda u Franza, flimkien ma’ animazzjoni u spettaklu fit-toroq appoġġjati minn diversi entitajiet kreattivi lokali.
Dan l-avveniment huwa organizzat mill-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex u huwa appoġġjat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju, il-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, u l-Ministeru għall-Inklużjoni u

