L-eks plejer ta’ Roma Francesco Totti kien qed jitkellem ġurnata wara t-tneħħija ta’ Daniele de Rossi minn kowċ tal-Giallorossi. Hu qal li meta s-sidien Friedkin kienu appuntaw lill-eks plejer internazzjonali Taljan, kien jaf li kif l-affarijiet ma kinux se jkunu tajbin, kien qed jkun De Rossi li jħallas ta’ kollox.
Totti qal li s-sidien Friedkin għandhom memorja qasira meta fl-istaġun li għadda, kien l-istess De Rossi li wettaq miraklu ma’ Roma wara li aktar qabel kien tneħħa Jose Mourinho.
Finalment Totti akkuża lid-diriġenza ta’ Roma li ma tapprezzax dak li eks-plejers għamlu għall-klabb u tagħżel mal-ewwel li twarrabhom.
Sadanittant ilbieraħ l-istess diriġenti Giallorossi ħabbru li Ivan Juric se jkun il-kowċ il-ġdid tagħhom sa tmiem l-istaġun u jekk it-tim jikkwalifika għall-UEFA Champions League tal-istaġun li ġej, il-kuntratt tiegħu jiġi mġedded.