Wednesday, April 24, 2024

Franza timponi curfew f’Pariġi u bliet oħrajn biex tipprova tikkontrolla l-imxija tal-Covid-19

Aqra wkoll

Franza lbieraħ saret l-aħħar minn lista ta’ pajjiżi Ewropej li saħħet il-miżuri kontra l-Covid-19, hekk kif imponiet curfew f’Pariġi u tmien bliet oħrajn. Il-miżuri l-ġodda bil-għan li tiġi kkontrollata l-imxija tal-virus se jkunu qed jidħlu fis-seħħ minn nhar is-Sibt li ġej.

“Jeħtieġ li naġixxu. Irridu nwaqqfu t-tixrid tal-virus,” qal il-President Franċiż Emmanuel Macron f’diskors fuq it-televiżjoni hekk kif ħabbar li l-curfew se tkun fis-seħħ bejn id-9.00 p.m. u s-6.00 a.m. u mistennija tibqa’ fis-seħħ għal sitt ġimgħat.

Bliet oħrajn Franċiżi bħal Lyon, Marsilja u Toulouse wkoll se jkollhom curfew imposta, bil-popolazzjoni milquta mistennija tolqot madwar 20 miljun persuna minn popolazzjoni ta’ 67 miljun.

Minuti biss wara li Macron ħabbar il-miżuri, il-Gvern qal li se jkun qed iġedded l-istat ta’ emerġenza tas-saħħa.

Sport