Friday, October 4, 2024

Futur inċert għal Ilkay Gundogan

Aqra wkoll

Tliet klabbs jinsabu interessati li jakkwistaw lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Ġermaniż Ilkay Gundogan. Bħalissa dan tal-aħħar jinsab reġistrat ma’ Barcelona iżda mal-wasla tal-kowċ il-ġdid Hansi Flick, l-affarijiet inbidlu mhux ftit tant li fil-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Valencia ma kienx mgħajjat.

Dan kollu ħoloq ċerti spekulazzjonijiet bil-plejer li qed jaħsibha jitlaqx mill-Katalunja u jibda esperjenza ġdida.

Sadanittant Al Nassr, Al Ittihad u Borussia Dortmund huma interessati sew fih b’wieħed minnhom li se jipprova jakkwistah qabel tmiem is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Ma’ dawn tal-aħħar dan jista’ jkun ritorn meta kien diġa’ libes il-flokk iswed u isfar tal-klabb fil-passat.

Sport