Wednesday, April 24, 2024

Għawdxi jweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat f’ħajt

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-10.00pm meta l-pulizija ġew informati li fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar kien seħħ inċident tat-traffiku.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 39 sena li joqgħod iż-Żebuġ, Għawdex, kien qiegħed isuq Ford Mustang, tilef il-kontroll u ħabat ġo ħajt.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja

Sport