Sunday, April 27, 2025

“Għaxar snin ilu rċevejt l-aħbar li kelli l-ALS … b’xi miraklu, għext għaxar snin”- Bjorn Formosa

Aqra wkoll

“Għaxar snin ilu rċevejt l-aħbar li kelli l-ALS. Ħajti inbitlet għal dejjem. Ir-riċerka qaltli li kelli tlett snin… imma b’xi mod, b’xi miraklu, għext għaxar snin! Għaxar snin ta’ tbatija… imma wkoll għaxar snin ta’ mirakli, tama, u mħabba”

Dan kien il-messaġġ li wassal Bjorn Formosa, fejn qal li dan kollu għax il-poplu Malti u Għawdxi dejjem qallu; “Bjorn, Miegħek Jien”.  Enfasizza li kien grazzi għal poplu Malti li emmen fl-ALS Malta 

Semma’ fost l-oħrajn :

 • Dar Bjorn Qormi fl-2017

 • Dar Bjorn Żebbuġ fl-2023

 • U issa Dar Bjorn Respite 

Temm jgħid; “ Illum nħabbar li nhar 31 ta’ Awwissu ser ikollna l-maratona anwali.

F’Awwissu, iva, ftit ġennata imma rridu nagħmluha għax irridu nagħlqu l-aħħar ftit fondi għall-Respite, li tant hawn bżonn”

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport