Tuesday, April 30, 2024

“Għażiż hija, ħabbejniek bla qies f’ħajtek”

Imut George, ħu l-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca

Aqra wkoll

“Għażiż hija, ħabbejniek bla qies f’ħajtek.” Hekk temmet il-messaġġ il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca waqt li ħabbret id-dettalji tal-funeral ta’ ħuha George Coleiro li miet ilbieraħ l-Erbgħa.

Il-President Emeritu tgħid li nhar is-Sibt li ġej fil-Knisja ta’ San Ġorġ Ħal Qormi fid-9.00am se jkunu qegħdin jagħtu ħajr lil Alla, għal grazzja li “tana permezz ta’ ħajtu u ħidmietu, b’risq tant u tant tfal li għallem kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.”

Tkompli tikber li nhar is-Sibt se tiġi ċċelebbrata ħajtu u l-ħajja ġdida tiegħu f’għaqda sħiħa mal-Mulej li tant ħabb, permezz tal-imħabba kbira li kellu lejn il-proxxmu.

Sport