Sunday, May 19, 2024

“Grazzi tal-imħabba u rispett li dejjem turi ma’ Giorgia u miegħi”… Il-PM jiċċelebra għeluq sninu

Aqra wkoll

Bosta persuni awguraw lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela hekk kif illum qiegħed jiċċelebra l-44 sena tiegħu.

Ma naqasx messaġġ mingħand martu Dr Lydia Abela fejn irringrazzjatu tal-imħabba u rispett li dejjem juri ma’ Giorgia u magħha.

Għadd ta’ persuni rringrazzjawh tal-impenn bla waqfien tiegħu għall-ġid ta’ pajjiżna filwaqt li awgurawlu aktar suċċessi fit-tmexxija ta’ pajjiżna. Huma rringrazzjawh ukoll għat-tmexxijia għaqlija u determinata fil-mumenti l-aktar ta’ sfida għal pajjiżna.

Filwaqt li bosta ddeskrivewh bħala bniedem umli u ta’ ispirazzjoni għal ħafna, sostnew li l-ġid li qed jagħmel għall-interess ta’ Malta huwa imprezzabbli.

Sport