Saturday, May 4, 2024

Ir-riħ qawwi ta’ matul il-lejl iħalli ħerba

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ir-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin sfortunatament ħalla ħerba f’diversi postijiet fosthom ħdejn il-Pjazza ta’ Tritoni li bħalissa qed tospita l-avveniment tal-Milied ‘Fairyland’.

Xhieda ta’ dan huma ritratti miġbuda mill-fotografu ta’ dan is-sit li ttieħdu kmieni dalgħodu fejn tidher evidenti din il-ħerba.

Ir-riħ mistenni jibqa’ jippersisti matul il-ġurnata tal-lum hekk kif saħansitra l-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija lbieraħ filgħaxija fejn ntqal li r-riħ qawwi għal qawwi ħafna mill-Punent Majjistru gradwalment ser idur mill-Majjistral it-Tramuntana u jiżdied għal qawwi ħafna u jilħaq qawwa ta’ riefnu fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin.

Sa dalgħodu ntqal li t-twissija kienet se tibqa’ valida sad-9.00a.m. iżda huma mbassar riħ b’qawwa ta’ Forza 7 matul il-jum u b’hekk din it-twissija tista’ terġa’ tiġġedded kif meħtieġ.

Sport