Saturday, December 21, 2024

Grech jgħid li wieħed mill-punt tal-PN huwa li jkun indirizzat l-għoli tal-ħajja

Aqra wkoll

Il-ħames punti ta’ gvern Nazzjonalista fl-ewwel 100 jum jinkludu li l-ambjent isir dritt fundamentali fil-Kostituzzjoni, ikun indirizzat l-għoli tal-ħajja, jgħaddi 12-il liġi mill-Parlament li bihom tissaħħaħ il-governanza u l-ġurnaliżmu fil-pajjiż u ssir ġlieda kontra dik li sejjaħ il-mafja fil-pajjiż.

Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt kollegament telefoniku, fejn irrmarka li skontu fl-ewwel 100 jum ta’ gvern alternattiv Nazzjonalista, se tingħata direzzjoni biex jinfetħu l-proċeduri kollha biex il-pajjiż jieħu lura dawk li sejjah l-€400 miljun tal-ftehim frodulenti ma’ Steward healthcare.

Skont il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, il-Gvern kien qal li mhux se jkun hemm iktar qtugħ tad-dawl għax se jġib power station temporanja u li se jbiddel il-cables taħt l-art. Qal li madankollu ġie s-sajf u l-qtugħ tad-dawl baqa’ u qal li fl-aħħar sigħat waslet il-power station temporanja.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni spjega li għada l-Partit Nazzjonalista se jiltaqa’ mal-MCESD biex jisma’ minn xiex għaddejjin is-setturi varji u jitkellem dwar il-proposti ta’ Gvern alternattiv Nazzjonalista f’dan is-settur.

Ekonomija

Sport