Monday, September 23, 2024

Ground ġdid ta’ 4,000 spettatur minn Floriana FC

Aqra wkoll

Floriana FC se jkunu qed jibnu ground ġdid li jesa’ 4,000 spettatur

Stqarr dan il-president ta’ Floriana FC, Johann Said f’laqgħa li saret illejla fil-klabb u li matulha kienu preżenti ġurnalisti u partitarji membri. Huwa impenja ruħu li jara din il-viżjoni tiegħu ssir realtà sakmemm idum ħaj. Dan bil-għan prinċipali li Floriana tistabbilixxi wirt li l-klabb se jgawdi minnu għad-deċennji li ġejjin.

Barra minn hekk huwa tenna li bħala parti mill-viżjoni tiegħu, l-għan tal-klabb huwa li jkun “awto-sostenibbli” u l-proġett ambizzjuż ta’ stadium ġdid se jkun ferm importanti biex jintlaħaq dan l-għan.

Huwa mifhum li Floriana FC se jkunu qed jidħlu f’kollaborazzjoni mal-investitur MIG biex iwettqu dan l-investiment infrastrutturali.

Sport