Sunday, November 3, 2024

Gudja United isalvaw punt prezzjuż tard fil-partita

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Gzira United……….1

Gudja United………1

Gudja United ċaħħdu lil Gzira United minn rebħa u tliet punti tard fil-partita meta żammewhom fi draw ta’ 1-1.

Kienu l-Maroons li ħarġu fuq l-offensiva u fis-sitt minuta, Nikolai Muscat, xeħet cross mil-lemin li sab lil Jeferson iżda huwa kellu t-tentattiv tiegħu mill-viċin imblukkat mill-goalkeeper ta’ Gudja, Glenn Zammit. Gudja wieġbu minuta biss wara meta Ayrton Azzopardi seraq ballun lil Marko Cosic, iżda x-xutt sabiħ tiegħu minn barra l-kaxxa ġie newtralizzat mill-goalkeeper Kroat ta’ Gzira, Darijan Zarkov.

Fit-52 minuta, Gzira fetħu l-iskor meta Carlos Luis Riascos għadda tajjeb lejn Marcelo Dias fuq il-lemin u mill-cross ta’ dan, ZACH SCERRI tefa’ l-ballun wara Glenn Zammit.

Iżda Gudja wettqu reazzjoni tajba u fid-79 minuta ġabu l-iskor indaqs meta Andre Prates żmarka lil Vito Plut fuq ix-xellug, b’dan javvanza fil-kaxxa u jservi lis-sostitut TATSURO NAGAMATSU li mill-viċin tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fl-84 minuta Gżara kellhom freekixk tas-sostitut Jackson Mendoza mix-xellug salvat tajjeb minn Glenn Zammit. Sitt minuti wara, freekick ta’ Gabriel Bohrer Mentz dejjem għall-Maroons ġie salvat f’żewġ tentattivi minn Zammit.

Minuta fil-ħin miżjud, freekick ta’ Matias Muchardi għal Gudja ġie salvat tajjeb minn Darijan Zarkov biex erba’ minuti biss wara Gżira kważi skorjaw il-goal tar-rebħa meta minn cross mix-xellug, Jeferson kellu daqqa ta’ ras mill-viċin mdawra f’corner bi bravura minn Glenn Zammit.

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone (17-Clive Gauci 85), 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani (47-Brooklyn Borg 61), 8-Zach Scerri (98-Jackson Mendoza 72), 9-Marcelo Dias, 16-Carlos Luis Riascos (23-Ricardo Correa Duarte 85), 22-Toni Kolega (93-Thiago Espindola 71), 44-Marko Cosic, 94-Jefferson De Assis Coach: Darren Abdilla

Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 3-Juan Ramires Bolanos, 5-Andre Prates, 7-John Mintoff (23-Neil Tabone 75), 9-Vito Plut, 10-Ayrton Azzopardi (8-Tatsuro Nagamatsu 58), 13-James Arthur, 14-Neil Micallef, 22-Hubert Vella, 30-Matias Muchardi, 77-Nicolas Navarrete (21-Joseph Attard 90) Coach: Andrea Agostinelli

Referee: Trustin Farrugia Cann

Ass. Referees: Luke Portelli, Shaun Calleja

Raba’ Uffiċjal: Stefan Pace

Skorers: Z. Scerri 52 (GZR), T. Nagamatsu 79 (GDJ)

Ammoniti: N. Micallef (GDJ), L. Tabone, G. Bohrer Mentz, N. Muscat (GZR)

Player tal-Logħba: Zach Scerri (GZR)

Sport