Ġuvni ta’ 16-il sena bi ġrieħi gravi wara li saq vettura u tilef il-kontroll

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq San Ġakbu, Ħ’Attard.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li ġuvni ta’ 16-il sena li jirrisjedi l-Mosta, kien tilef il-kontroll tal-vettura Isuzu li kien qed isuq u kellu impatt ta’ ħajt.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport