Skwadri Faxxisti ‘jagħmlu spezzjonijiet’ fit-toroq ta’ Valencia

Aqra wkoll

Dik li qiegħda titqies bħala aħbar xokkanti inħarġet mill-belt ta’ Valencia fi Spanja. Dan hekk kif sar magħruf li skwadri faxxisti qegħdin jagħmlu spezzjonijiet fit-toroq ta’ Valencia.

Il-partit politiku tal-lemin estrem España 2000 qiegħed juża għaqda non governattivi  biex jimmonitorja żoni li għandhom popolazzjonijiet kbar ta’ immigranti

Huma jsejħu lilhom infushom l-“Anġli tal-Lejl.” Fuq il-karta, jippreżentaw lilhom infushom bħala grupp ta’ persuni allarmati biż-żieda fil-kriminalità f’Valencia. Lebsin T-shirts suwed u kappell b’logo tal-fidda ta’ żewġt itfal iżommu l-idejn taħt ġwienaħ ta’ anġlu, il-persuni qed jippreparaw biex jagħmlu spezzjonijiet fit-toroq. L-ewwel mira tagħhom hija La Malvarrosa, distrett mal-baħar ta’ madwar 13,000 resident li ilu jbati minn stigma minħabba l-viċinanza tiegħu ma’ Las Casitas Rosas, żona magħrufa bħala ċentru ta’ traffikar tad-droga.

Hu fatt li dawn huma organizzati mill-partit faxxisti Valenzjan España 2000 (“Spanja 2000”), li huwa mmexxi minn José Luis Roberto Navarro, avukat ta’ 72 sena u negozjant. Il-grupp ħeba r-rwol tiegħu permezz tal-NGO Hogar Social Patriota María Luisa Navarro, imsemmija għal omm Roberto u rreġistrata mal-gvern reġjonali ta’ Valenzja bħala organizzazzjoni  soċjali fis-sena 2010.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport