Sa issa hu stmat li hemm xejn inqas minn 3,000 persuna neqsin fin-Nepal u kważi 700 mejtin minħabba valanga ta’ tajn u għargħar fil-fruntiera bejn in-Nepal u t-Tibet. Din il-valanga kaxkret magħha irħula sħaħ u qerdet għadd ta’ infrastruttura fosthom toroq.
Ta’ min jgħid li l-għargħar laqtu żona fit-Tramuntana tal-kapitali tan-Nepal, Kathmandu. Wieħed mill-filmati juri x-xmara Trishuli tintefaħ f’daqqa b’ammont enormi ta’ ilma, li żdied kemm fil-volum kif ukoll fil-veloċità u kien mimli sediment.
Madwar 40 sekonda wara l-bidu tal-filmat, il-qawwa tal-għargħar taqla’ pont minn mal-pedamenti tiegħu u ġġorru max-xmara. Ftit sekondi wara, jidhru wkoll diversi binjiet jiġġarrfu.
Proprju fl-aħħar sigħat ġew imxandrin filmati tal-ħidma tas-salvataġġ li għaddejja. Ġew imxandra ukoll filmati li juru l-livell tax-xmara jogħla b’mod konsiderevoli u diversi siġar u binjiet li kienu jidhru qabel jisparixxu għal kollox hekk kif jiġu imkaxkra mill-ilmijiet u tajn.
Filmati oħra tal-qsim il-qalb kienu juru nies qegħdin jippruvaw jaħarbu, imma mbagħad spiċċaw tkaxkru mill-valanga.
