Tfajla titlef ħajjitha wara inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Nhar il-21 ta’ Awwissu, 2026, għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħaxija (2015hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Bajjada, Ħal Qormi.

Il-Pulizija kienet marret fuq il-post, fejn irriżulta li ġuvni ta’ 20 sena residenti Birkirkara kien tilef il-kontroll ta’ Renault Clio u ħabat ġo barrikata. Fil-vettura miegħu kellu tfajla ta’ 18-il sena residenti Raħal Ġdid.

Huma kienu ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn sfortunatament wara ftit tal-jiem wara, il-kundizzjoni tat-tfajla qalbet għall-agħar u tard ilbieraħ filgħaxija ġiet iċċertifikata li tilfet ħajjitha.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D li ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport