Illum, għall-ħabta tat-3:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq iż-Żurrieq, Ħal Safi.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li ġuvni ta’ 17-il sena li kien qed isuq e-kick scooter, tilef il-kontroll u nqaleb.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
