Ġuvni fil-periklu tal-mewt f’San Ġiljan wara li waqa’ t-taraġ f’Paceville

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-4:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li ġuvni ta’ 16-il sena kien waqa’ t-taraġ. Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport