Madwar il-Kolossew f’Ruma dikjarata bħala żona ħamra wara mewġa ta’ kriminalità

Aqra wkoll

Mewġa ta’ kriminalità fiċ-ċentru ta’ Ruma fl-aħħar ġimgħat wasslet biex iż-żona ta’ madwar il-Kolossew ġiet dikjarata bħala ‘żona ħamra’.  Il-preżenza tal-Pulizija se tkun qiegħda tiżdied b’mod qawwi. Din se jdum jgħodd sa mill-inqas sal-Milied.

Wara diversi inċidenti vjolenti u xi kontrolli straordinarji tal-pulizija fl-aħħar ġimgħat, iż-żona tal-Kolossew, il-Fori Imperjali, u Colle Oppio uffiċjalment saret “żona ħamra” fil-kapitali.

Id-deċiżjoni hija bbażata fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sigurtà f’ċerti żoni kkaratterizzati minn degradazzjoni u kriminalità.

Jidher li l-qofol tal-inċidenti  intlaħqu fil-bidu ta’ Lulju meta, waqt festa mhux awtorizzata fil-pjazza tal-Colosseum, “grupp ta’ madwar 50 individwu rreżistew” u dawru diversi uffiċjali tal-pulizija  u ferew ħafif tnejn minnhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport