Wednesday, March 27, 2024

Ġuvni ta’ 26 sena jweġġa’ gravi wara li waqgħu fuqu folji tal-ħadid

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 26 sena residenti Ħaż-Żebbuġ weġġa’ wara li waqgħu fuqu xi folji tal-ħadid waqt li kien f’garaxx fi Triq Pawlu Mifsud fl-istess lokalità fejn jgħix.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-12.15pm fejn il-pulizija ġew informati li kien hemm bżonn l-assistenza fil-garaxx imsemmi.

Il-pulizija talbu għall-assistenza medika fejn mill-ewwel marret fuq il-post ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana LL.D, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport