Thursday, May 1, 2025

“Gvern bi prinċipji sodi u l-grinta tal-Partit Laburista”

- id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

Aqra wkoll

“Din hija d-direzzjoni li rridu, din hija d-direzzjoni li dejjem għażel il-poplu Malti. Din hija d-direzzjoni li fuqha ħdimna bħala Gvern f’dawn l-aħħar 12-il sena, taħt it-tmexxija tal-Prim Ministri Joseph Muscat u Robert Abela. Gvern bil-prinċipji sodi u l-grinta tal-Partit Laburista.”

Dan kien il-messaġġ ewlieni fid-diskors li għamlu id-Deputat Prim Ministru Ian Borg fejn saħaq illi quddiem l-isfidi kollha Gvern immexxxi mill-Partit Laburista qatt ma’ qata’ qalbu għax wettaq soluzzjonijiet 

Id-DPM qal ukoll; “Mhux qed nitkellmu fuq dak illi għadda iżda fuq kollox biex inwegħdu dak li għad irridu niksbu flimkien. Nafu x’irridu iżda bħala poplu nafu x’irridu u fejn irridu naslu flimkien bħala pajjiż”

Irrimarka kif ma jridx li pajjiżna jkollu l-instabilità iżda dinjità li l-ħaddiem ħaqqu u li l-pajjiż ma jridx il-firda u l-mibegħda iżda l-paċi u l-għaqda li tirbaħ fuq kull sfida. Qal ukoll li pajjiżna ma jridx konfużjoni imma ġustizzja soda mibnija fuq għaqal u fuq ir-rispett. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport