Fl-ewwel kummenti tiegħu għad-diskors tal-Prim Ministru dwar il-budget 2024, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech qal li l-Prim Ministru tant għajjar lin-naħa tal-Oppożizzjoni li spiċċa skadielu l-ħin.
Dr Grech qal li f’sagħtejn il-Prim Ministru ma tax soluzzjonijiet għal problemi li qed jaffaċċjaw iċ-ċittadini bħalma huma t-traffiku u l-immaniġjar tal-iskart.
Rigward l-kwistjoni tal-Isptarijiet, Dr Grech qal li Dr Abela ma ammettiex dak li qaltlu l-Qorti meta qalet li l-interessi tal-pajjiż ma kinux ġew imħarsa.
Rigward il-viżjoni ekonomika ta’ eċċellenza tal-Partit Nazzjonalista, Dr Grech qal li gvern Nazzjonalista jpoġġi lil ħaddiema barranin minn barra mill-Unjoni Ewropea għal testijiet qabel ma jiġi f’pajjiżna.
“Jidher li għandek idejk marbutin. Dak ifisser li se nkunu aħna, Partit Nazzjonalista fil-gvern li nwettqu l-viżjoni ta’ ekonomija ta’ eċċellenza għall-poplu kollu”, temm Dr Grech.