Friday, December 20, 2024

Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular

Aqra wkoll

Ħaddiem ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00a.m. f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu lir-raġel li ttieħed permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport